Il-Papa Benedittu XVI jibdel il-liġi biex il-Konklavi jibdew qabel

Il-Papa Benedittu XVI għamel tibdiliet fil-liġi biex il-Konklavi li jwasslu għall-ħatra ta’ Papa ġdid, jibdew qabel.

Dan it-tibdil fil-kostituzzjoni jfisser li l-kardinali ma jkollhomx għalfejn jistennew 15-il jum wara r-riżenja tal-Papa biex jingħata bidu għall-Konklavi.

Dan ifisser li sakemm il-kardinali jkunu kollha f’daqqa, il-Konklavi jista’ jibda qabel il-15 ta’ Marzu. Ir-riżenja tal-Papa preżenti tiġi fis-seħħ nhar il-Ħamis li ġej.

Dwar il-ġurament tas-segretezza waqt l-elezzjoni tal-Papa l-ġdid u jiġi skomunikat kull min jiksru, issa din il-piena mistennija tidħol fil-folmuralju tal-ġurament tal-kardinali. Apparti l-kardinali, il-ġurament tas-segretezza japplika wkoll għaż-żewġ tekniċi li jaraw li ebda apparat li jirrikordja ma twaħħal fil-kappella Sistina, il-post fejn isiru l-Konklavi.

Patri Federico Lombardi, kelliem għall-Vatikan, qal li d-data għadha mhix stabbilita.