Il-Papa Benedittu XVI jibda l-eżerċizzi spiritwali mal-Kurja Rumana

Il-Papa Benedittu XVI beda ġimgħa ta’ eżerċizzi spiritwali flimkien mal-Kurja Rumana. L-Eżerċizzi qed isiru fil-kappella tal-Palazz Appostoliku tal-Vatikan. Din is-sena il-Kardinal Gianfranco Ravasi, il-President tal-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura, qed imexxi l-meditazzjoni.

Matul dan l-irtir, ma jsirux l-udjenzi tal-Papa, inkluża l-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa.

Fir-ritratt jidher il-Papa Benedittu XVI akkumpanjat fuq il-lemin tar-ritratt mill-assistent personali tiegħu, Mons. Alfred Xuereb.