Il-Papa Benedittu XVI sab diffikultà biex jesprimi lilu nnifsu waqt il-laqgħa li kellu mal-Kardinali l-ġodda. Dan qalu l-Kardinal il-ġdid Malti Mario Grech wara li mar iżur lill-Papa Benedittu XVI fi tmiem il-Konsistorju.
Fil-bidu tal-laqgħa bejn il-Papa Benedittu, il-Papa Franġisku u l-Kardinali l-ġodda, il-Kardinal Grech qal li l-Papa Benedittu qalilhom li ‘Il-Mulej ħadlu l-kliem biex ikun jista’ japprezza s-silenzju.’ Il-Kardinal Mario Grech qal li huwa prova jinkoraġġihom biex jgħixu din l-esperjenza ma’ Alla.
Is-Sibt li 28 ta’ Novembru, il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Mario Grech u tnax oħra bħala kardinali waqt ċerimonja msejħa konċistorju.