Papa ġdid sal-Għid

Kien għall-ħabta tal-11:30am meta l-Papa Benedittu Sittax ħabbar li se jirriżenja fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dan minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Il-kelliem għall-Vatikan Federico Lombardi jgħid li sal-Għid mistenni jinħatar il-Papa l-ġdid

Il-Papa beda l-Pontifiċju tiegħu f’April tal-2005 u mistenni jirrizenja fl-28 ta’ Frar. L-aħħar Papa li rriżenja kien fl-1415.

Skont il-Liġi Kanonika, biex ir-riżenja ta’ Papa tiġi aċċettata, l-unika rekwiżiti huma li jkun irriżenja minn jeddu u r-riżenja tkun manifestata skont il-liġi. Wara r-riżenja, il-Papa jmur fir-residenza tas-sajf f’ Castel Gandolfo. Wara, jitrasferixxi ruħu f’monasteru tas-sorijiet tal-klawsura fil-Vatikan fejn se jiddedika ruħu għar-riflessjoni.

Bħalissa qed issir konferenza stampa fil-Vatikan.

Fl-awdjo tisimgħu l-ewwel reazzjoni ta’ Father Hector Scerri, il-Kap tad-Dipartiment tad-Dogma fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.