Il-Papa beda l-vaganzi tas-sajf

Kif jagħmel kull Sajf, il-Papa Franġisku se jieqaf ftit minn laqgħat pubbliċi, mill-udjenzi ta’ nhar ta’ Erbgħa.

L-udjenzi jerġgħu jibdew f’Awwissu iżda flok fi Pjazza San Pietru, minħabba s-sħana, jibdew isiru fis-Sala Pawlu VI fil-Vatikan.

Il-Quddiesa ta’ kull filgħodu fil-Kappella Santa Martha wkoll se jkunu sospiżi sa Settembru. F’dawn ix-xahrejn il-Papa se jqaddes privatament u l-omeliji tiegħu ma jkunux imxandra.

Madankollu il-Qdusija Tiegħu nhar is-Sibt li ġej se jmur Bari għal Jum Ekumeniku ta’ Riflessjoni għal-Lvant Nofsani filwaqt li fil-25 u s-26 ta’ Awwissu se jkun l-Irlanda għal-Laqgħa Dinjija tal-Familji.