Ingredjenti
300g ħobż, imqatta’ biċċiet. (Hemm min juża ħobż niexef għal din ir-riċetta)
125ml żejt taż-żebbuġa
30ml ħall aħmar
1 mgħarfa għasel
3 irjus tewm, mgħaffġa
1 bżaru isfar
1 bżaru aħmar
500g tadam
125g basal
75g żebbuġ bla għadma
30g kappar
ftit weraq tal-ħabaq imqatta’
bżar u melħ
Metodu
Ixwi l-bżar bi ftit żejt taż-żebbuġa għal 20-30 minuta. Meta jiksħu obroxhom u qattagħhom biċċiet.
F’bieqja kbira roxx fuq il-ħobż 75ml taż-żejt, it-tewm u l-bżar u l-melħ. Wara poġġihom f’dixx tal-forn u ixwihom għal 10 minuti sakemm il-ħobż jieħu kulur dehbi.
Issa ħallat flimkien il-kumplament taż-żejt, il-ħall u l-għasel.
Isslajsja l-basal irqiq kemm tista’ u itfa’ fit-taħlita taż-żejt flimkien mal-kappar u ż-żebbuġ. Aqsam it-tadam min-nofs u l-biċċiet tal-bżar u żidhom.
Fl-aħħar ħallat ukoll il-biċċiet tal-ħobż mixwi u l-weraq tal-ħabaq.
Ħalli kollox joqgħod għal 30 minuta qabel isservi biex tagħti ċans lill-ħobż jassorbi t-togħmiet tat-taħlita.