Il-pandemija tagħlaq il-bibien tal-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara

Read in English.

Patri Arthur Cutajar ħabbar li mil-lum il-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara se tkun magħluqa minħabba kwarantina mandatorja.

Hu qal dan permezz ta’ post fuq Facebook. L-istess post tista’ tinstab ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Knisja ta’ San Franġisk. Fr Cutajar huwa l-Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali.

Propju fl-aħħar jiem, Malta kompliet tara żieda sostanzjali fil-każi ġodda pożittivi tal-coronavirus. Issa hekk kif il-medja ta’ każi ġodda rreġistrati ta’ kuljum qed tiżdied. Sa nhar il-Ġimgħa, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika qalet li l-medja kienet dik ta’ 60 każ ġdid kuljum fil-pajjiż.

Madanakollu din il-ġimgħa, in-numru ta’ każi ġodda ta’ kuljum beda jikber:

Jekk wieħed jieħu medja ta’ każi ġodda fl-aħħar ħamest ijiem din telgħet għal medja ta’ 93 każ ġdid kuljum.