“Il-pandemija hi realtà u mhux qisu spiċċa kollox” – Spiteri

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li jkunu irresponsabbli l-persuni li jgħidu li l-pandemija tal-Covid-19 issa tinsab warajna. Huwa qal li Malta għadha għaddejja minn din il-pandemija u r-realtà hi li għadha teżisti u mhux qisu spiċċa kollox.

Stqarr li jekk jingħad mod ieħor inkunu qed nonqsu mir-rispett lejn il-poplu Malti.

Meta kien qed jitkellem waqt id-diskussjoni tal-mozzjoni dwar l-estimi ta’ dħul u nfiq tal-Awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, Spiteri qal li filwaqt li wieħed jirrikonoxxi li ġġelidna din il-pandemija u rbaħna ħafna minnha, l-battalja għadha mhux megħluba.

Huwa qal li l-membri parlamentari jridu jkun responsabbli li mill-Parlament jagħtu l-avviżi kollha u jħeġġu lin-nies biex ma jieħdu xejn forgranted. Sostna li dan sabiex jibqgħu josservaw dawk il-miżuri li nkunu mħeġġa li nagħmlu mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn