Il-Panama tivvota għal president wara l-Panama Papers

Technicians install a digital polling station during the preparations for the upcoming general election in Panama City, Panama May 4, 2019. REUTERS/Jose Cabezas

Iċ-ċittadini fil-Panama llum għandhom l-elezzjonijiet sabiex jeleġu President wara kampanja mmexxija mill-eks-Ministru għall-biedja li twiegħed li se tiġġieled il-korruzzjoni u l-inugwaljanza. Dan wara li ħarġu skandli ta’ tixħim u l-irwol li l-pajjiż għandu għall-ħabi tar-rikkezzi ta’ diversi persuni mlaħħqa madwar id-dinja.

Il-President il-ġdid se jiret waħda mill-aktar ekonomiji fid-dinja li qed jikbru malajr u li tinsab dejjem aktar interessata fiha ċ-Ċina. Jidher iżda li hemm pressjoni fuq il-pajjiż sabiex inaqqas il-firda fil-ġid u jnaddaf il-politika b’mod speċjali wara l-iskandlu li jinvolvi l-bennej Brażiljan Odebrecht u d-dokumenti tal-Panama Papers.

Laurentio “Nito” Cortizo, li għandu 66 sena u li kien l-eks ministru tal-agrikultura rnexxielu jikseb l-appoġġ tat-2.8 miljun votant b’wiegħdiet li se jirranġa s-servissi tal-ilma u s-saħħa tal-Gvern u jwaqqaf is-serq tal-fondi pubbliċi.