Il-Panama se tadotta standards internazzjonali fid-dikjarazzjoni tat-taxxa

Il-President tal-Panama Juan Carlos Varela qal li l-Panama se tadotta standards internazzjonali fid-dikjarazzjoni tat-taxxa u se tipparteċipa fl-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fiskali sal-2018.
Skont rapporti internazzjonali, il-President qal lill-midja Ġappuniża li jridu jikkoperaw ma’ pajjiżi oħra biex itejbu t-trasparenza.
Spjega li se jitwaqqaf kumitat ta’ esperti biex f’sitt xhur jagħmel is-sistema finanzjarja tal-Panama aktar trasparenti.
Membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, li għenu sabiex tiġi stabbilità l-iskema ta' skambju ta' informazzjoni, se jżuru l-Panama biex jinnegozjaw metodi speċifiċi għall-qsim ta' informazzjoni.
Il-ftehim dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fiskali bejn 100 pajjiż mistenni jidħol fis-seħħ fl-2017.