“Il-Panama Papers kienu ġiegħlu lill-MAM tirtira mit-taħditiet”

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li fl-2015 kienet bdiet bil-laqgħat mal-Gvern dwar il-ftehim mal-VGH għall-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet, iżda meta faqqgħu l-allegazzjonijiet tal-Panama Papers, li fihom kien involut il-Ministru Konrad Mizzi, u anki dawk tas-sidien tal-VGH, il-MAM kienet iddeċidiet li tirtira min-negozjati.
Taċċenna wkoll għas-segretezza li nżammet fil-publikazzjoni tal-kuntratt.
Is-Segretarju Ġenarali tal-MAM, Martin Balzan, qal fi stqarrija li f’Diċembru ta’ dik is-sena l-assoċjazzjoni kienet oġġezzjonat pubblikament għall-ftehim tal-Gvern mal-VGH.
Fost l-oħrajn ir-raġunijiet ewlenin għall-oppożizzjoni tagħhom għal dal-ftehim kienu n-nuqqas ta’ esperjenza tal-VGH fil-qasam mediku, u l-prinċipju tal-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet li kienu se jsarrfu biex isir il-profitt minn dal-qasam.
L-istqarrija tkompli tgħid li f’Diċembru ta’ sena wara, jiġifieri fl-2016, il-MAM kitbu f’konġunzjoni mal-UĦM lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, u talbu lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga.
Minkejja dan, tgħid il-MAM, l-Awditur Ġenerali naqas milli jipprijoritarizza dit-talba.
Imbagħad f’Mejju tal-2017, fid-dawl tal-ftehim kollettiv tal-Gvern, inqablet damma ta’ miżuri ta’ sigurtà, fosthom l-aċċess għal notice li jkun twil 6 ġimgħat.
L-istqarrija ttemm tgħid li huwa minħabba li l-Gvern ma żammx kelmtu ma’ dawn il-miżuri ta’ sigurtà maqbula li bħalissa l-assoċjazzjoni għaddejja minn dan il-kunflitt mal-Gvern.