Il-Palestina tibgħat l-awguri tagħha lill-Prim Ministru Malti

Il-President tal-Istat Palestinjan, Mahmoud Abbas, bagħat l-awgurju tiegħu lill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru ġdid.

Fl-ittra tiegħu Mahmoud Abbas, f’isem il-poplu Palestinjan awgura li mill-pożizzjoni ta’ Prim Ministru, Dr Joseph Muscat ikun jista’ jikseb iktar suċċess u prosperità għal Malta u l-poplu “amikevoli” tagħha. Qal ukoll li jinsab ħerqan li jkomplu jitjiebu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi permezz ta’ iktar ko-operazzjoni, żvilupp u tkattir tal-ġid.