Il-Palestina se ssir membru tal-Qorti Kriminali Internazzjonali

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Ban Ki-moon ħabbar li fl-1 ta’ April li ġej, il-Palestina se tingħaqad mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, pass li se jwassal biex il-Palestina tieħu azzjoni kontra Iżrael dwar ir-reati kriminali tal-gwerra.
Nhar il-Ġimgħa li għadda l-Palestinjani ppreżentaw dokumenti biex ikunu jistgħu jsiru membri permanenti tal-Qorti Kriminali u b’hekk jieħdu sehem f’14-il konvenzjoni u trattati, fosthom it-Trattat ta’ Ruma.
L-aħbar li l-Palestina se tkun parti mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, ħarġet it-Tlieta filgħaxija fuq il-websajt tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Din id-deċiżjoni tal-Palestina ġabet magħha theddid ta’ ritaljazzjoni mill-Iżrael u ma tantx niżlet tajjeb mal-Istati Uniti, li qed jarawha bħala ostaklu ieħor biex xi darba jintlaħaq ftehim ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina.