Il-Palazz ta’ San Anton fuq DVD

Il-Palazz ta’ San Anton issa jista’ jitgawda fil-glorja kollha tiegħu permezz ta’ DVD li sar b’ħidma bejn il-UNESCO u l-Uffiċju tal-President. Il-proġett juri l-istorja, l-arkitettura, l-arti, l-għamara u l-ġonna ta’ San Anton.
Dettalji dwar id-DVD ingħataw mill-Professur Henry Frendo, li huwa ċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-UNESCO. Dr Reuben Grima u George Borg spjegaw kif jaħdem it-tour virtwali fil-proġett ta’ San Anton. Id-DVD ġie ppreżentat lill-President ta’ Malta George Abela.