“Il-pakkett finanzjarju tal-UE qisu bajtar tax-xewk” – Scicluna

Miguela Xuereb

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qabbel il-pjan finanzjarju tal-Unjoni Ewropea mal-bajtar tax-xewk.

Meta kien qed wieġeb mistoqsija supplimentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis, il-Ministru Scicluna spjega li l-pjan ta’ €750 biljun propost mill-UE biex l-Ewropa tirkupra mill-effetti tal-coronavirus, imur kontra l-ġlieda tal-Gvern kontra l-armonizzazzjoni tat-taxxa.

“Dan il-pjan hu bħall-bajtar tax-xewk, frotta tajba iżda trid toqgħod attent kif taqbadha,” xebbah Scicluna.

S’issa l-politika dwar taxxa hija prerogattiva sovrana tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dan ifisser li Malta tista’ toffri lill-kumpaniji finanzjarji u tal-igaming rata ta’ taxxa għall-kumpaniji orħos minn setturi oħra.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn