Il-Pakistani l-aktar barranin li jaħdmu mal-anzjani

L-akbar ammont ta’ persuni barranin jaħdmu f’San Vinċenz de Paule u d-djar tal-anzjani tal-Gvern ġej mill-Pakistan.
Dan ikkonfermah il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, huwa u jwieġeb mistoqsija parlamentari tal-MP Laburista Etienne Grech.
Il-Ministru qal li hemm b’kollox 37 barrani jaħdmu f’dawn id-djar, li minnhom 24 huma Pakistani, 8 Indjani, u persuna mill-Ungerija, Spanja, il-Bulgarija, l-Italja u l-Ingilterra.
Ritratt: Arkivji