Il-Pakistan jiħrax kontra r-ribelli

Il-Pakistan se jibda jressaq lil dawk suspettati b’attakki terroristiċi, f’qorti apposta bit-tama li jrażżnu ribelli fil-pajjiż.
Il-Parlament ivvota b’iktar minn żewġ terzi biex idaħħal bidliet kostituzzjonali, bi tweġiba għall-attakk terroristiku fuq skola x-xahar li għadda, li ħalla iktar minn 130 tifel u tifla mejta.
Fil-bidu tal-ġimgħa, mexxej Taliban ħareġ filmat li fih ħalef iktar attakki fuq tfal.
Sadattant, reġjun fil-Pakistan iddedika iktar minn €6 miljun biex jinqabdu iktar minn 615-il militant, fosthom l-istess mexxej Taliban.