Aġġornata: Il-Qorti tiddeċiedi li l-PM tal-Pakistan fil-Panama Papers jista’ jibqa’

Il-Qorti Suprema tal-Pakistan qalet li m’hemmx biżżejjed evidenza ta’ korruzzjoni sabiex il-Prim Ministru tal-pajjiż, Nawaz Sharif jitneħħa.
Huwa kien akkużat b’korruzzjoni relatata mal-Panama Papers.
Min-naħa tagħha, il-Qorti ordnat aktar investigazzjoni fit-trasferiment tal-flus.
F’dawn l-aħħar xhur, bosta mistoqsijiet tqanqlu mill-awtoritajiet dwar in-negozji varji minn membri tal-familja tiegħu, wara li t-tliet uliedu nstab li kellhom kontijiet bankarji fil-Panama.
Kemm Sharif kif ukoll il-membri tal-familja ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet, filwaqt li l-Gvern Pakistani ħareġ stqarrija tgħid li jħossu kunfidenti li l-PM se jiġi lliberat minn kull akkuża.
Madwar 1,500 uffiċjal tal-Pulizija ġew stazzjonati madwar il-qorti li tinsab f’Islamabad.