Il-pajp tal-ilma ma jistax jintuża fis-sħana

F’Cumbria, r-Renju Unit, fir-reġjun li jilqa’ l-Lake District, inħarġet ordni biex min-nhar il-Ħadd li ġej ma jintużax il-pajp tal-ilma. Dan sabiex ma jinħeliex l-ilma prezzjuż fis-sħana li qed tagħmel.

Fuq diversi siti qed ikun spjegat dak li m’għandekx tagħmel bil-pajp tal-ilma, sabiex ma taħlix ilma. Dawn kollha jistgħu isiru billu jintuża l-barmil tal-ilma:
– Issaqqi l-ġnien.
– Taħsel il-karozza.
– Issaqqi l-pjanti.
– Tnaddaf id-dgħajsa.
– Tuża l-ilma għar-rikreazzjoni.
– Timla’ l-pool fid-dar.
– Timla’ funtana.
– Tnaddaf fuq barra tad-dar.

L-awtoritajiet Ingliżi tant qed jieħdu l-ħarsien tal-ilma bis-serjetà li qed jissuġġerixxu li għat-tisqija u t-tindif jista’ jintuża ilma riċiklat jew ilma mill-bjar.