​Il-pajjiżi tal-UE jaqblu dwar iktar miżuri kontra t-terroriżmu

Il-Ministri tal-Ġustizzja tat-28 pajjiż membru tal-UE qablu dwar iktar miżuri fil-kamp ġudizzjarju biex l-UE tirreaġixxi b’mod iktar effikaċi kontra t-theddida ta’ attakki terroristiċi.
Ilbieraħ, l-istess Ministri, iddiskutew miżuri kif jiġġieldu t-terroriżmu f’dak li hu l-qasam tal-Intern. F’dawn il-laqgħat fil-Latvja ħadu sehem ukoll rappreżentanti tal-entitajiet ġudizzjarji Ewropej, fosthom il-Eurojust, li s-sehem tagħhom hu kruċjali.
Fi stqarrija tal-Gvern ingħad li Malta se tibqa’ tkun sieħeb attiv biex l-Ewropa jibqa’ jkollha għodod effikaċi kontra t-terroriżmu, kontra l-fenomenu tal-ġellieda barranin u favur il-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa. 
Fost temi oħra diskussi fil-laqgħat tal-aħħar jumejn, kien hemm ukoll il-ħarsien tad-data taċ-ċittadini u t-tisħiħ tal-użu tal-informatika fil-qasam tal-Ġustizzja.