Il-pajjiżi tal-Lvant tal-UE kontra r-rilokazzjoni ta’ immigranti

Seba’ pajjiżi tal-Lvant tal-UE qed jopponu l-possibbiltà li l-UE toħloq mekkaniżmu biex tirriloka l-persuni li jfittxu ażil bejn il-pajjjiżi. F’ittra lill-Kummissjoni Ewropea, il-Ministri tal-Intern tal-Ungerija, il-Polonja, l-iSlovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja u s-Slovenja, iddikjaraw li huma ma kienux se jaċċettaw li jkunu obbligati jilqgħu numru ta’ immigranti fi ħdanhom.

Hu mifhmum li l-Ministru tal-Intern Pollakk, f’kummenti lill-mezzi tax-xandir lokali, sostna li din id-deċiżjoni kienet imbuttata minn “sens komun” u ma kinitx waħda razzista, u argumenta li l-Gvern Pollakk ma setax “jaċċetta” li jkun hemm “ebda esperimenti soċjali jew kulturali imposti fuqna”, u żied jgħid li l-Gvern Pollakk ma kienx se jaċċetta r-rilokazzjoni ta’ immigranti llegali.

Ix-xandar nazzjonali TVP  qal li l-Ministru Mariusz Kamiński, serraħ ras liċ-ċittadini Pollakki li l-Gvern Pollakk kien qed jopponi b’mod ċar u b’saħħtu r-rilokazzjoni ta’ immigranti illegali fil-pajjiż. “Din hija pożizzjoni ċara, bla ambigwità u mhix negozjabbli”.

Huwa sostna li l-mewġ preċedenti ta’ imigrazzjoni ta’ persuni li ma kienux “kulturalment u soċjalment relatati” fil-Puntent tal-Ewropa kkawżat “konsegwenzi traġiċi, kunflitti soċjali, razzjonali u reliġjużi”.