Il-pajjiżi tal-G7 joffru għajnuna ta’ emerġenza għan-nirien fl-Amażonja

FILE PHOTO: A tract of Amazon jungle is seen after a fire in Boca do Acre, Amazonas state, Brazil August 24, 2019. REUTERS/Bruno Kelly

Il-mexxejja tal-grupp ta’ seba’ nazzjonijiet ilbieraħ offrew aktar minn €18-il miljun bħala għajnuna ta’ emerġenza sabiex tkompli l-ħidma biex jitwaqqfu n-nirien li ħakmu l-foresta Amażonja. Intant, il-Barżil qal li dan il-ġest huwa wieħed kolonjalist.

Minkejja n-nirien rekord li ħakmu lill-Amażonja u l-kliem tal-President Jair Bolsonaro li qal li l-Gvern ma kellux il-fondi neċessarji biex iwaqqaf in-nirien, jidher li mhux ċar jekk il-Brażil hux se jkun qed jaċċetta l-offerta tal-G7 minkejja t-tħassib li qed iqum madwar id-dinja.

Aqra: DiCaprio b’donazzjoni ta’ €4.5 miljun biex jitwaqqfu n-nirien fl-Amazon

Ir-relazzjonijiet personali bejn il-President Franċiż Emmanuel Macron u Bolsonaro, li diġà huma kemmxejn dgħajfa minħabba l-kriżi fl-Amażonja, ħadu daqqa ta’ ħarta ikbar wara li l-mexxej tal-Brażil irredikola lil mart Macron fuq Facebook.

Ħafna min-nirien li ħakmu l-Amażonja qed jingħad li bdew apposta, b’ħafna ambjentalisti jweħħlu f’dawk li jaħarqu l-ħaxix sabiex jeqirduh bit-tama li jbigħu l-art lill-bdiewa u r-raħħala.