Il-pajjiżi kollha “għandhom sehem” fil-ġlieda kontra l-Ebola

Il-President Liberjana Ellen Johnson Sirleaf qalet li d-dinja kollha għandha sehem fil-ġlieda kontra l-Ebola.
F’ “ittra indirizzata lejn id-dinja kollha” miktuba għall-BBC, il-President tal-Liberja qalet li l-marda “m’għandhiex fruntieri” u li kull pajjiż għandu jagħmel kulma jista’ biex jgħin fil-ġlieda.
Johnson Sirleaf żieded tgħid li ġenerazzjoni ta’ Afrikani huma f’riskju li jintilfu minħabba katastrofi ekonomika.
S’issa l-Ebola qatlek iktar minn 4,500 persuni fil-Punent tal-Afrika, fosthom 2,200 fil-Liberja.