Il-pajjiżi Ewropej bi żbilanċ ta’ €43 biljun biex jonqos il-faqar

L-aħħar figuri juru li fl-Unjoni Ewropea hawn bżonn €43 biljun oħra biex tintlaħaq il-mira li l-faqar jonqos b’0.7% sal-2015.
Matul din l-aħħar sena, 19-il pajjiż Ewropew għaddew b’€51.3 biljun f’fondi jew 0.42% tad-dħul ekonomiku tagħhom.
Dawn il-fondi jmorru fil-programm Ewropew magħruf bħala ‘overseas aid’.
Peress li fadal din id-diskrepanza kbira, kelliem għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li huwa tal-mistħija kif fi bosta pajjiżi Ewropej mhux qed jaqblu meta huma lesti li jagħtu fondi f’għajnuna lill-foqra madwar id-dinja.