Il-pajjiż għarkopptejh u l-Parlament ħa 20 minuta jiddibatti jekk jiħux vot fis-7pm – Fenech Adami

DOI - Jason Borg

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li s-sitwazzjoni hija surreali hekk kif hemm pajjiż għarkopptejh, in-nies qed jimirdu bil-virus, in-negozji qed jagħlqu u jfallu u l-Parlament ħa 20 minuta jiddibatti dwar jekk għandux jieħu votazzjoni fis-7pm.

Huwa qal li daqshekk jinsab ‘dysfunctional’ il-Parlament li minflok qed jiddiskuti dak li qed jiġri fid-dinja, il-Gvern ressaq emendi fl-ordinanza dwar l-isplussivi biex idaħħal tliet kelmiet fil-liġi dwar il-bini ta’ ħajt madwar il-kmamar tan-nar.

Fenech Adami qal li m’hawnx Parlament ieħor fid-dinja li qed jiddiskuti xi materja oħra ħlief it-tixrid tal-coronavirus. 

Huwa qal li l-ħabsijiet f’Malta jistgħu jispiċċaw bejta tal-coronavirus u appella biex il-ħajja u s-saħħa tal-uffiċjali tal-ħabs u l-pruġinieri jiġu salvagwardjati. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn