Il-pagi tal-għalliema u l-Vot 16 diskussi fil-Parlament taż-Żgħażagħ

Dalgħodu l-Parlament Malti ċeda ftit postu għal numru ta' żgħażagħ li jiffurmaw il-Parlament taż-Żgħażagħ, attività annwali fejn iż-żgħażagħ ikollhom ċans jgħidu tagħhom minn fuq is-siġġu tal-Parlament.

Il-Parlament taż-Żgħażagħ ikun jinkludi żewġ sessjonijiet, l-ewwel għal dawk li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena, filwqt li t-tieni sessjoni tkun għal dawk minn 18-il sena 'l fuq. 

B'kollox hemm tliet partiti – wieħed dwar l-IVF, il-partit ta' ġustizzja aktar effettiva u l-partit għal solidarjetà u xogħol ġust.

Fost is-suġġetti li ġew diskussi hemm il-pagi tal-għalliema, is-suġġetti fl-iskejjel u l-vot ta' 16. 

Is-sessjoni tal-grupp tal-kbar bdiet ftit tal-ħinu, bl-għadd ta' parteċipanti f'dan il-grupp ikun iżgħar minn dak fl-ewwel sessjoni.