Il-pagi fl-Ingilterra naqqsu tant li jinsabu fost l-agħar fl-Ewropa

Il-figuri juru li l-pagi fuq medja ta’ kull siegħa, naqqsu b'5.5% mill-2010. Madwar l-Unjoni Ewropea, il-pagi naqqsu b’0.7%. Kienu biss il-Greċja, il-Portugal u l-Olanda li wrew tnaqqis ferm aktar sostanzjali mill-Ingilterra fil-pagi.

B’kuntrast, il-pagi fil-Ġermanja żdiedu b’2.7% u fi Franza żdiedu b’0.4%.

Is-shadow Minister tat-teżor Cathy Jamieson qalet li dawn il-figuri juru l-kriżi li kkawża lill-pajjiż il-Prim Ministru David Cameron. Hija qalet il-ħajja qed issir diffiċli għall-familji, hekk kif il-prezzijiet qed jogħlew aktar mill-pagi.

Kelliem għat-teżor qal li l-ekonomija qed tittranġa, iżda għadha l-bogħod, filwaqt li jafu li dan huwa żmien diffiċli għal familji.