Il-paga tal-għalliema f’Malta fl-istess livelli tat-Taljani u l- Franċiżi -Bartolo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-paga tal-għalliema Maltin qegħdin fil-livelli tal-għalliema fl-Italja u Franza meta tieħu inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet kollha inkluż l-allowance u benefiċċji oħra.

Bartolo kien qed jitkellem waqt l-ftuħ tad-diskussjoni tal-abbozz ta’ liġi dwar l-edukazzjoni. Huwa qal li għalliem f’Malta jaqla’ madwar €22,000 filwaqt li għalliema fil-Grecja għandu paga ta’ €13,000.

Il-Ministru qal li skont rapport li ħareġ mill-Kummissjoni Ewropea ‘Teachers’ and School Heads’ Salaries and Allowances in Europe’, il-pagi tal-għalliema fl-Ewropa varjaw minn €5,000 fis-sena fil-Bulgarija għal €60,000 f’Lussemburgu.

Bartolo qal li skont dan ir-rapport, Malta għandha l-iżgħar korp ta’ għalliema fl-Unjoni Ewropea, waqt li hemm 74 pajjiż fid-dinja li għandhom nuqqas ta’ għalliema.