Il-paċi, l-imħabba u t-tjieba fi fjamma simbolika f’Malta

Għat-tielet sena konsekuttiva se tkun magħna l-Fjamma ta’ Betlehem, li għandha storja u sinjifikanza partikulari.
Il-Fjamma ta’ Betlehem tinxtegħel quddiem ix-xena tan-Nattività f’Betlehem fejn hu maħsub li twieled Ġesù. Għalhekk il-fjamma tissimbolizza l-paċi, l-imħabba u t-tjieba.
Il-fjamma bdiet iddur inħawi Kristjani mad-dinja fl-1986 meta stazzjon tar-radju Awstrijaku beda inizzjattiva ma’ tfal fil-bżonn.
Il-Baden Powell Scouts Malta ħa ħsieb li jmur iġib dil-fjamma minn Katanja, fejn kienet tinsab għand il-Federazione Scout Europa.