Il-PA toġġezzjona għall-iżvilupp f’ODZ fix-Xlendi u fl-Għasri

L-Awtorità tal-Ippjanar oġġezzjonat għall-iżvilupp propost fl-Għasri u fix-Xlendi, żewġ proposti ta’ bini barra miż-żona tal-iżvilupp.

Fi stqarrija, l-Awtorità spjegat li l-Kunsill Eżekuttiv tagħha unanimament oġġezzjona għall-iżvilupp propost f’Ta’ Leħfar fi Triq it-Tamar, l-Għasri, u fi Triq il-Qsajjem fix-Xlendi.

Fir-rigward tal-proposta tal-Għasri, il-Kunsill qal li joġġezzjona bis-saħħa għal dan l-iżvilupp peress li s-sit huwa ODZ, u b’hekk, li kieku kellu jsir, kien jintroduċi aktar theddid għall-kampanja fiż-żona, billi jkun hemm aktar żvilupp propost hemmhekk.

Dwar l-iżvilupp tax-Xlendi, il-Kunsill qal li hu m’oġġezzjonax biss għax l-art qiegħda f’ODZ, iżda wkoll għax is-sit huwa sit ta’ Natura 2000.