Il-PA tniedi konsultazzjoni dwar l-art ħdejn il-Mosta Technopark

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-parametri proposti għal biċċa art ħdejn il-Mosta Technopark fiż-żona magħrufa bħala Sgħajtar.
Fi stqarrija, il-PA qalet li ż-żona hija ta’ 23,000 metru kwadru. Is-sit ġie indikat għall-iżvilupp fl-2006.
Il-PA qed tissuġġerixxi li l-art tintuża’ bħala żona residenzjali u kummerċjali. Il-limitu fuq l-għoli tal-bini se jkun ta’ tliet sulari.
Il-PA qalet li hemm nuqqas ta’ żoni ħodor fil-Mosta u fin-Naxxar. Qalet li minħabba f’hekk qed tipproponi li 3,348 metru kwadru mil-art jintużaw għal spazju rikreattiv. L-ispiża tal-iżvilupp u manutenzjoni ta’ din iż-żona pubblika jkollha titħallas mill-iżviluppatur.