Il-PA tissospendi l-laqgħat tal-Bord

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet tissospendi l-laqgħat kollha tal-Bord tal-Ippjanar u tal-Kummissjoni tal-Ippjanar min-nhar it-Tnejn, minħabba l-coronavirus.

Fi stqarrija l-PA qalet li din id-direttiva se tibqa’ fis-seħħ sakemm joħroġ avviż ieħor.

Il-ħruġ tal-permessi tas-Summary Procedure applications, Development Notification Orders (DNOs), u emendi minuri, sakemm ma jkunx hemm bżonn xi deċiżjoni tal-Bord jew tal-Kummissjoni mhux se jiġi affettwat.

Il-PA se tkun qed tnaqqas ukoll l-ammont ta’ impjegati fil-front desk tagħha fost tibdil ieħor.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel 2290 0000 jew jibgħat imejl fuq customercare@pa.org.mt. Biex wieħed jagħmel rapport jista’ jibgħat imejl fuq enforcement.complaints@pa.org.mt.

Biex tara kif se jkun it-tibdil kollu tista’ tidħol hawn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.