Il-PA tippubblika permess ta’ Hugo Chetcuti ġimgħa wara li nqatel

L-Awtorità tal-Ippjanar mistennija tapprova l-applikazzjoni tal-permess ta’ Villa Priuli, li ġie ippubblikat fuq is-sit tagħhom fit-18 ta’ Lulju. Dan biss gimgħa wara li l-applikant, Hugo Chetcuti nqatel b’daqqiet ta’ sikkina ġewwa Paceville.

L-applikazzjoni (PA/05791/18) tikkonċerna dar tas-Seklu 18 fil-Balluta li mistennija tinbidel għal Boutique Guesthouse. Din id-dar hija mdawra bil-lukanda Le Meridien u bini skedat tat-tieni grad, jiġifieri ta’ valur kulturali għoli u li huwa normalment riżervat għal binjiet moderni.

Gazzetti lokali sostnew li f’Jannar li għadda, Chetcuti iffirma kuntratt ta’ €5 miljun fuq din l-istess villa. Huwa xtara din il-villa xi xhur wara, filwaqt li ħabbar il-pjanijiet għal din il-villa fuq post fuq Facebook. Malta Today irraputat li Chetcuti kien qed jippjana bond ta’ €5 miljuni f’April. Intant, l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet l-applikazzjoni fit-tlieta ta’ Mejju 2018.

Intraprendituri Oldandiżi fittxew investituri sabiex jittrasformaw il-villa f’residenza boutique kif ukoll lukanda. Fuq il-website tal-kumpanija, Devink Estates, intqal li huma ħadu grazzja ma’ Malta mill-ewwel darba li żaruha fl-2016, kif ukoll raw potenzjal kbir fiha. Huma qalu ukoll li l-pjan tagħhom għal Villa Priuli kien wieħed immirat għat-turiżmu ta’ lussu, filwaqt li kienet se tinkludi servizz personalizzat, kif ukoll cocktail bar.

Ir-risposta mill-Awtorità tal-Ippjanar

Newsbook.com.mt staqsa lil-Awtorità tal-Ippjanar fuq il-fatt li l-applikazzjoni hija attribwita għal persuna li nqatel fil-proċess. Kelliem għall-Awtorità tal-Ippjanar qal li l-identità tal-applikant normalment m’ghandha l-ebda impatt fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-istess Awtorità. L-Awtorità tal-Ippjanar ġiet mistoqsija għaliex l-applikazzjoni ġiet aċċettata meta l-applikant kien diġa miet meta din l-applikazzjoni ġiet ippubblikata. Intant, l-istess kelliem saħaq li l-Awtorità tal-Ippjanar hija kkonċernata mill-iżvillupp tas-sit.