Il-PA tiffinanzja 5 proġetti f’5 lokalitajiet

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) se tkun qed tiffinanzja ħames proġetti f’ħames lokalitajiet differenti.
Fi stqarrija, il-PA qalet li se tkun qed tikkontribwixxi aktar minn €70,000.
Iż-Żejtun
Il-PA se tħallas għar-restawr ta’ binja ta’ sular li fiha niċċa ddedikata lil San Ġużepp. Qalet li din tinsab bejn Triq Marsaxlokk u Triq San Ġużepp. In-niċċa hija magħmula fl-istill barrokk.
Ta' Sannat
Se jkun qed isir xogħol fuq il-bankini ta’ Triq il-Kalati f' Ta' Sannat, Għawdex.
Ħal Kirkop
F’Ħal Kirkop se jiġu installati faċilitajiet ta’ toilets pubbliċi f’Misraħ iż-Żernieq.
Il-Birgu
Il-PA qalet li fil-Birgu, il-Kunsill kompla bil-proġett biex jiġu installati bankijiet dekorattivi. Se jkun hemm bankijiet ġodda fi Triq il-Foss tas-Sur u Triq il-Ħabs l-Antik.