Il-PA tapprova sular ieħor għal-lukanda Panorama

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) approvat l-iżvilupp ta’ sular ieħor għal-lukanda Panorama.

Bħalissa l-lukanda hija għolja ħames sulari u kienet inbniet fis-sittinijiet.

Fl-2018 l-applikant ried iżid tliet sulari però dan il-pjan wassal għal reazzjoni pubblika qarsa. Il-pjanijiet imbagħad inbidlu.

Issa l-applikazzjoni l-ġdida ġiet approvata bi tmien voti favur u tlieta kontra. Iċ-Chairperson tal-ERA Victor Axiaq ivvota kontra.

F’April l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar kienet qalet li l-wegħdi tal-PM Robert Abela ma jkunu jfissru xejn jekk tkompli tikber il-lukanda Panorama.