Il-PA tapprova l-imwejjed u s-siġġijiet quddiem is-suq tal-Belt

​Ġew approvati s-siġġijiet u mwejjed ta’ quddiem is-Suq tal-Belt li ilhom hemm minn meta ġie inawgurat.
Illum l-Awtorità tal-Ippjanar approvat dan it-tqegħid ta’ siġġijiet u mwejjed fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta b’għaxar voti favur u wieħed kontra.
L-applikazzjoni tinkludi wkoll permess biex iż-żona tiddawwar bil-ħġieġ. Oriġinarjament, din iż-żona kellha tintuża għall-esebizzjonijiet.
L-ewwel darba li ttieħed il-vot, dan kien maqsum b’ħamsa favur u ħamsa kontra.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura uffiċjalment is-Suq tal-Belt f'Marzu.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott