Il-PA tapprova ħtif ta’ spazju pubbliku f’Paceville

Facebook: Karol Aquilina

Struttura li ġiet mibnija sabiex takkomoda mwejjed u siġġijiet għar-ristorant jismu Parthenope f’San Ġiljan ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA). Dan għalkemm tinsab fi spazju pubbliku, u ħadet saħansitra ġiex spazji tal-parkeġġ.

Fil-permess m’għand il-PA huwa dettaljat li l-imwejjed us-siġġijiet se jkunu fi spazju pubbliku, iżda l-permess xorta ġie approvat.

Il-Membru Parlamentari għall-Oppożizzjoni Karol Aquilina lmenta fuq Facebook dwar “is-serq tal-ispazju pubbliku”. Huwa sostna li dan il-permess ingħata mingħajr ma ġew ikkunsidrati r-residenti u mingħajr il-kunsens tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.

F’Paceville qed ikompli s-serq tal-ispazju pubbliku biex minflok jitpoġġew imwejjed u siġġijiet għall-użu kummerċjali….

Posted by Karol Aquilina on Tuesday, August 21, 2018