Il-PA mistennija tiddeċiedi dwar blokka kummerċjali ta’ 5 sulari f’Ħal Qormi

Nhar il-Ħamis l-Awtorità tal-Ippjannar (PA) għandha tiddeċiedi dwar blokka kummerċjali f’Ħal Qormi, faċċata ta’ Centerparc. Id-deċiżjoni rakkomandata hija li jingħata l-permess biex issir.

Il-blokka se jkollha tliet faċċati fi tliet toroq separati: Triq Ħal Qormi, Triq l-Erba’ Qaddisin u Triq il-Belt Valletta, kollha f’Ħal Qormi. Il-binja se jkollha tliet sulari ta’ parkeġġ taħt l-art, flimkien ma’ showroom. Fi Triq il-Belt Valletta se jkun hemm ħames sulari ta’ uffiċini.

Barra minn hekk, il-binja preżenti fuq is-sit flimkien ma’ ġiebja, se jinżammu u jiġu restawrati. Dan filwaqt li l-water-shoot se tiżżarma u terġa’ tiġi armata x’imkien ieħor fl-istess sit. L-applikazzjoni tinkludi wkoll li tittejjeb il-ġonta bejn Triq L-Erba’ Qaddisin u Triq Ħal Qormi.