​Il-P&R aktarx ma jgħaddix għand l-operatur ġdid tat-trasport pubbliku

Il-Gvern, permezz ta’ Transport Malta, qed jikkunsidra li s-servizz tal-Park & Ride ma jgħaddix għand l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku, li mistenni jibda jħaddem is-servizz mis-sena d-dieħla.
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi spjega fil-Parlament, fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, li dan minkejja li bħalissa l-Park & Rides huma mmexxija mill-operatur tat-trasport pubbliku attwali.
Qabel ma’ s-servizz għadda temporanjament f’idejn il-Gvern, il-Park & Rides kienu mmexxija minn Arriva Malta Ltd.