Il-mużika tal-film tal-Eurovision nominata għall-Grammy

Will Farrell u Rachel McAdams f'ritratt promozzjonali għall-film tal-Eurovision

Il-mużika tal-film tan-Netflix Eurovision Song Contest: The Story Of Fire Saga huwa fost dawk nominati għat-63 edizzjoni tal-Grammy Awards li se jkunu qed isiru fil-31 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla.

Il-film ta’ Will Ferrell ġie nnominat fil-kategorija għall-aħjar soundtrack ta’ film.

Fl-aħħar snin dan l-unur intrebaħ minn A Star Is Born, The Greatest Showman u La La Land.

Il-film tal-Eurovision, li għalkemm intogħoġob minn ħafna, qala’ wkoll ħafna kritika, se jkun qed jikkompeti għat-titlu tal-Aħjar Soundtrack ma’ Frozen 2, Jojo Rabbit, A Beautiful Day In The Neighborhood u Bill & Ted Face The Music.

Dan hu t-trailer tal-film: