Il-mużika ‘Pop Latin’ l-aktar popolari fuq il-YouTube

Il-kanzunetta li l-aktar għamlet ħoss fuq YouTube din is-sena hija Con Calma ta’ Daddy Yankee minn Puerto Rico li kellha views ta’ 1.15 biljun. Il-kanzunetta stil Latin Pop write ix-xejra li dawk li jsegwu l-mużika għandhom għal qalbom din it-tip ta’ mużika. Fost l-ewwel 10, l-unika kanzunetta kantata kollha bl-Ingliż hija 7 Rings ta’ Ariana Grande. F’ġimgħa minnhom 80% tal-kanzunetta kienu kollha bl-Ispanjol.

Il-kantanta Spanjola Rosalia, li spiċċat fil-ħames post fil-lista Sounds tal-BBC kienet l-aktar waħda popolari fil-YouTube fis-sezzjoni tal-kantanti nisa bil-kanzunetta Con Altura, silta stil reggaeton, li fiha nsibu siltiet ta’ djalogu minn programm televiżiv li xxandar fir-Repubblika Dominikana. Il-kanzunetta telgħet fl-ewwel post fiċ-ċharts ta’ YouTube fejn damet fil-quċċata għal 12-il ġimgħa wara li ħarġet f’Marzu.

Korrispondent għall-ġurnal New York Times kiteb li llum il-lingwa m’għadhiex barriera u d-dinja qed tesperjenza taħlita ta’ ritmi magħġuna f’kollaborazzjonijiet kulturali minn bosta pajjiżi waqr li l-influenza hip-hop dieħla wkoll bil-mod il-mod.

Il-Korea ta’ Isfel ukoll qed tkun vuċi li qed tiddomina l-mużika tal-pop fuq YouTube bil-grupp ta’ tfajliet Koreani taħt l-isem ta’ Blackpink jarawhom aktar minn 468 miljun bil-kanzunetta tagħhom Kill This Love, li l-uniku vers li jitkanta bl-Ingliż tul il-kanzunetta kollha hu t-titlu.