Il-mużewijiet u siti storiċi jmorru aħjar fl-2014

Bejn l-2013 u l-2014 il-mużewijiet u s-siti storiċi fil-pajjiż żdiedu.
Żdied ukoll in-numru ta’ persuni li marru jżuruhom, b’7.5%, u anke d-dħul tagħhom.
Dan joħroġ minn ċifri ppubblikati mill-NSO li juri li l-mużewijiet żdiedu bi 8, kważi kollha tal-Gvern.
Imma b’kollox, kważi nofs il-mużewijiet jew siti storiċi huma propjetà tal-Knisja jew tal-privat.
Interessanti li waqt li l-mużewijiet u siti storiċi, fl-2014, kellhom spejjeż rikurrenti ta’ €12.6 miljun, li hu inqas minn dak ta’ sena qabel, kellhom dħul ta’ €19.4 miljun.
Il-mużewijiet u siti storiċi jimpjegaw kważi 340 persuna full-time u 102 oħra part-time. Madankollu hemm iktar minn 150 li huma voluntiera.