Il-muturi Għawdxin jiltaqgħu mal-Isqallin

Il-Gozo Motorcross Association iffirmat ġemellaġġ sportiv ma’ dik ta’ MX Riders f’Calatabiano, fi Sqallija.
Dan il-ġemellaġġ tħabbar waqt li l-Ministru Justyne Caruana żaret il-korsa tal-muturi f’Ta’ Xħajma, limiti tan-Nadur. Il-Ministru spjegat kif inizjattivi bħal dawn jagħtu l-ispazju neċessarju biex l-isportivi u għaqdiet Għawdxin ikomplu jikbru fil-ħiliet sportivi tagħhom.
Aktar tard dax-xahar mistenni li jaslu xi sewwieqa Sqallin li se jikkompetu kontra sewwieqa Għawdxin, f’Għawdex stess.
Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri