Il-musical Jesus Christ Superstar illejla b’xejn fuq YouTube

Kif tħabbar il-ġimgħa l-oħra minn Andrew Lloyd Webber, kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8pm, il-kumpanija Universal se tkun qed toffri b’xejn għal 48 siegħa musical differenti minn ta’ Andrew Lloyd Webber.

Illum il-Ġimgħa 10 ta’ April fit-8pm se jkun qed jitwasal il-musical Jesus Christ Superstar. Dan huwa musical li ttella’ fl-2010 bis-sehem ta’ Tim Minchin, Melanie C u Chris Moyles.

Min hu interessat li jsegwi dan il-musical jew b’mod dirett fit-8pm jew inkella sa nhar il-Ħadd li ġej jsita’ jagħmel dan permezz tal-paġna The Show Must Go On fuq YouTube jew inkella billi jagħfas fuq dan il-link.