Il-MUSEUM tan-Nadur b’wirja reali għall-Ġimgħa Mqaddsa

Għal sena oħra l-MUSEUM tas-Subien tan-Nadur se jtella’ wirja b’15-il vara ta’ daqs reali.
Ix-xogħol ta’ din ir-rappreżentazzjoni bibblika hu tal-artist James Azzopardi.
Din l-attività f’dan il-MUSEUM f’Għawdex qed issir għad-29 sena konsekuttiva.
Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku minn Ħadd il-Palm sal-Ġimgħa l-Kbira f’dawn il-ħinijiet:

  • 20 ta’ Marzu – Ħadd il-Palm                 9.30am sal-11.30am u 3pm sas-7.00pm
  • 21-23 ta’ Marzu                                    6pm sad-9pm
  • 24 ta’ Marzu –Ħamis ix-Xirka               6pm sal-11pm
  • 25 ta’ Marzu – Ġimgħa l-Kbira             9am sat-3pm u 7pm sad-9pm

Din il-wirja se tinfetaħ ukoll filgħodu għal gruppi li jkunu qed iżuru Għawdex. Biex tibbukja tista’  ċċempel fuq 21555297 jew 99866777.
Ritratt: MUSEUM Nadur