Il-mument tal-verità għal Malta – Financial Times

Read in English.

Il-gazzetta prestiġġjuża Financial Times ingħaqdet ma’ numru kbir ta’ midja internazzjonali li qed jikkummentaw dwar il-kriżi politika u kostituzzjonali li qed taħkem lil Malta.

L-editorjal tal-lum, bit-titlu – Malta’s moment of truth – jgħid fost l-oħrajn li hemm implikazzjonijiet għall-Unjoni Ewropea kollha dwar dak li qed jiġri f’Malta.

Theddida għall-UE

Il-konklużjoni tal-editorjal hija f’saħħitha ħafna. Tgħid li “dan il-każ f’Malta huwa tfakkira wkoll għat-theddid tas-Saltna tad-Dritt (rispett lejn il-liġi) tal-Unjoni Ewropea.

Il-Financial Times tinnota li fl-investigazzjoni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia hemm involuti xi uffiċjali għolja fil-gżira. Tisħaq li huwa meħtieġ li l-investigazzjonijiet jiġu konklużi, u ssir ġustizzja ma’ dawk li ordnaw l-assassinju.