Il-multa tas-Satabank tonqos minn €3.7 miljun għall-€851,000

Google Street View

Read in English.

Il-Qorti tal-Appell naqset il-multa li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) imponiet fuq Satabank minn €3.7 miljun għal €851,000. Il-Qorti ddeċidiet dan fuq l-arugument li l-multi għandhom ikun ta’ 10% fuq it-turnover tal-bank.

Il-Qorti qalet li filwaqt li tirrikonoxxi li r-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni ta’ Ħasil ta’ Flus u Finanzjarjament tat-Terroriżmu ppermettew diskrezzjoni sinjifikanti fl-ammont ta’ sanzjoni amministrattiva, din xorta waħda kellha tkun fil-limiti tal-istess regolamenti.

Il-Qorti qalet ukoll li kellhom jittieħdu ċ-ċirkostanzi preżenti meta tittieħed deċiżjoni dwar il-multa li għandu jħallas dan il-bank.

Ir-regolamenti għidu li l-multa għandha tkun sa €5 miljun jew mhux iktar minn 10% tat-turnover ibbażata fuq l-aħħar dikjarazzjoni finanzjarja. Għalhekk il-multa tnaqset għal €851,792.50.

F’Lulju li għadda l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) irtira l-liċenzja ta’ Satabank PLC fuq rakkomandazzjoni tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).