“Il-Mulej ikompli jseddaqlek it-talenti sbieħ li għoġbu jżejnek bihom”

Awguri lil attur Ray Abdilla li proprju llum qed jiċċelebra għeluq is-57 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-5 ta’ Lulju tal-1963.

Lil Ray bħalissa qed narawh f’diversi produzzjonijiet li qed jixxandru mill-ġdid fuq diversi stazzjonijiet, fosthom Simpatiċi, L-Għarusa u Ipokriti.

L-attur twieled Ħaż-Żabbar u huwa likbar fist iż-żewġ ulied ta’ Gregory u Jane. Ray huwa miżżewweġ lil Maria u għandhom tifla, Martina.

Ray Abdilla beda l-karriera meta kien għadu l-iskola fejn ħa sehem f’bosta festivals tad-drama. Huwa kien wieħed mill-ewwel studenti li spiċċaw b’suċċess il-kors tal-iMTADA. Wara dan il-kors segwa wkoll kors fil-mima u anke ħa sehem f’xogħlijiet teatrali fl-Ingilterra, fil-Ġermanja u fir-Russja.

Ħadem ukoll f’għadd kbir ta’ radio plays u kien deher ukoll fil-film Black Eagle ta’ Jean Claude Van Damme.

Fost id-diversi produzzjonijiet li ħa sehem fihom insibu Dell Mill-Imgħoddi, Il-Kap Jien Tikkmanda Hi, L-Ewwel jien, L-Imnarja Żmien il-Qtil, Triq Waħda, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, Rifless, Viġilante, Dun Benit kif ukoll il-film Phobia. F’Ottubru li ġej se nkunu nistgħu nsegwuh fis-sensiela L-Ispettur.

Uħud mill-atturi ta’ L-Ispettur flimkien ma’ Mario Philip Azzopardi

Ray Abdilla kien ukoll ingħata Ġieh Ħaż-Żabbar bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-qasam teatrali u kulturali f’pajjiżna.

Apparti li jirreċta, Ray Abdilla dderieġa wkoll bosta produzzjonijeit teatrali kif ukoll pantomii, bl-aktar waħda riċenti tkun Aladdin f’Diċembru li għadda.

Għal għeluq sninu huwa rċieva bosta messaġġi, fosthom dan ta’ Franky Borg li kien fost tal-ewwel li awguralu.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Ray Abdilla f’għeluq sninu.