Il-mudell ta’ Saċerdozju Elitista riesaq lejn tmiemu

L-Isqof ta’ Paramatta fl-Awstralja – Vincent Long Van Nguyen – meta kien qed jitkellem fis-Seminarju ta’ Sydeny qal li l-mudell ta’ saċerdozju elitista u eżaltat qed jieħu l-aħħar nifsijiet tiegħu. Sostna li l-Knisja għandha bżonn tieħu mill-ġdid il-kwalita’ essenzjali tas-saċerdozju u bħal Kristu tkun qaddej fidil.
L-Isqof li kien refuġjat mill-Vjetnam u llum imexxi il-ħames l-akbar djoċesi fl-Awstralja, qal lis-saċerdoti u seminaristi li “ illum il-poplu irrabjat għalina u ma jafdaniex wara l-kriżi tal-abbużi sesswali”.
Hu kien qed jitkellem dwar “Is-Saċerdozju fl-Awstralja: Riflessjonijiet fuq il-futur fid-dawl tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Abbużi Sesswali fuq it-Tfal”.
Sostna li bħalissa “hu wieħed mill-aktar żminijet diffiċli biex tkun saċerdot u paradossalment hu żmien eċitanti li aħna bħala ministri u messaġġiera tal-Evanġelju, aħna privileġġjati li ngħixuh u nwassluh lill-oħrajn. Hu preċiżament f’dan il-mument li għandna l-opportunitaż unika li nakkumpanjaw lill-poplu tagħna f’mixja spritiwali li trid twassal għal sebħ ġdid għall-Knisja”.
“Hemm bżonn nibdlu l-attitudni tagħna f’kull livel, għandna bżonn konverżjoni tal-moħħ  u tal-qalb li jiġibuna konformi mal-ispirtu tal-Evanġelju, inbid ġdid fi btieti ġodda u mhux bidla kosemetika.  Ħafna minn dak li hu ħażin fil-Knisja llum ġej minn travestija tat-tmexxija u servizz nisrani. Għalija, il-kriżi tal-abbużi sesswali hi biss il-quċċata ta’ iceberg”, kompla iwissi l-Isqof.
“Meta fil-Knisja, l-privileġġ, il-poter u d-dominanza huma aktar evidenti mill-imħabba, l-umilta’ u s-sens ta’ servizz, allura l-Evanġelju ta’ Kristu li jservi, jkun qed jitpoġġa f’riskju. Il-Knisja tkun qed taqdi l-missjoni tagħha meta tabbraċċja b’mod sħiħ u bla ekwivoċi il-vjaġġ tal-vulnerabbli. Tista’ twassal il-kompassjoni u titkellem bil-lingwa tat-tama lil dawk imkissra meta tinża’ l-poter u toqgħod fejn darba qagħad Kristu, fuq in-naħa ta’ dawk imwarrba u vulnerabbli.”
“Bħalma ġara fit-Tieġ ta’ Kana, l-inbid antik serva lill-Knisja tajjeb imma qed jispiċċa. Il-mudell antik tas-saċerdozju serva lill-Knisja li nħobbu.  Imma dak il-mudell ta’ saċerdozju eżaltat, separat u elitista wasal fl-aħħar f’diversi partijiet tad-dinja fosthom fl-Awstralja.  Hemm inbid itjeb li Alla ipprepara għalina”, temm jgħid l-Isoqf Long Van Nguyen.