Il-mudell ġdid tal-Jaguar joħloq 1,700 impjieg ġdid

Il-kumpanija Jaguar Land Rover ħabbret li se tkun qed toħloq mal-1,700 impjieg. Dan grazzi għall-investiment ta’ £1.5 biljun f’teknoloġija ġdida.  

Fost l-iżvilupp ġdid li se jsir fuq dan il-mudell se tkun il-bażi tal-anuminium fuq mudelli li ħerġin iktar ‘il quddiem.  

L-ewwel Jaguar Land Rover mistennija toħroġ fl-2015 f’verżjoni sportiva. Il-magna ta’ din il-vettura se tkun qed tinbena minn ċentru tal-manifattura li ġie jiswa aktar minn nofs biljun lira sterlina.